Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

L-Ingilterra miżmuma mill-Ungerija

(Ritratt: EPA)

L-Ingilterra kienu miżmuma fi draw ta’ 1-1 mill-Ungerija f’Wembley Stadium. Kien Roland Sallai li tefa’ lill-Ungerija fil-vantaġġ permezz ta’ penalty wara 24 minuta. L-Ingilterra wettqu reazzjoni u kien John Stones fis-37 minuta li ġab l-iskor indaqs permezz ta’ konklużjoni mill-viċin. Minkejja l-pressjoni mit-tim ta’ Gareth Southgate fit-tieni taqsima, l-Ungerija għarfu jiddefendu r-riżultat sat-tmiem.

Il-Portugall kisbu rebħa komda fuq il-Lussemburgu ta’ 5-0. Kien Cristiano Ronaldo li fetaħ vantaġġ doppju għall-Portugall permezz ta’ żewġ penalties fit-8 u fit-13-il minuta. Ħames minuti wara kien Bruno Fernandes li għamilhom 3-0. Fit-tieni taqsima, l-Portugall komplew fuq l-ewwel taqsima u kien Joao Palhinha li għamilhom 4-0 fid-69 minuta. Lejn it-tmiem kien Cristiano Ronaldo li għaqqad il-hatrick personali u skorja l-ħames gowl għall-Portugall.

TAZZA TAD-DINJA 2022
Illum
: Portugall v Lussemburgu 5-0, Serbja v Azerbaijan 3-1, Kosovo v Ġorġja 1-2, Żvezja v Greċja 2-0, Bulgarija v Irlanda ta’ Fuq 2-1, Litwanja v Żvizzera 0-4, Kazakhstan v Finlandja 0-2, Ukrajna v Bosnija 1-1, Danimarka v Awstrija 1-0, Gżejjer Faroe v Skozja 0-1, Iżrael v Moldova 2-1, San Marino v Andorra 0-2, Albanija v Polonja 0-1, Ingilterra v Ungerija 1-1