Futbol Sport

L-Islovakkja b’saħħithom wisq għal Malta

(Ritratt: MFA)

Slovakkja……………………..4

Malta……………………………0

Slovakkja: I. Krajcrik, P. Kovacik, S. Kosa, T. Nemcik, I. Mesik, J. Kadak (S. Nebyla 61′), P. Pokorny (M. Svidersky 78′), J. Bernat (F. Lichy 68′), A. Kapralik (A. Goljan 68′), M. Trusa, R. Galcik (M. Kmet 78′)

Malta: R. Al-Tumi, M. Ellul, C. Gauci (L. Vella 85′), C. Zammit Lonardelli, K. Mohani, M. Grima, A. Attard (A. Bradshaw 85′), A. Vella, A. Satariano, B. Sciberras (J. Sixsmith 72′), J. Engerer (m. Veselji 57′)

Referee: E. Hamiti

Assistenti referees: R. Avdo, A. Shkreta

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena kien megħlub bl-iskor ta’ 4-0 mill-Islovakkja f’partita mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej. Malta kienet għadha ġejja minn telfa ta’ 2-1 kontra l-Litwanja.

L-Islovakkja kienu b’saħħithom wisq għall-Maltin u fetħu l-iskor wara 23 minuta permezz ta’ Matej Trusa. Jakub Kadak irdoppja tlettax-il minuta wara. Fit-tieni taqsima, l-Islovakkja komplew jiddominaw u kien awto-gowl ta’ Carlo Zammit-Lonardelli li għamilhom 3-0. Disa’ minuti mit-tmiem kien għal darb’oħra Matej Trusa li skorja t-tieni gowl personali u r-raba’ wieħed għall-Islovakkja.