Lokali

Mara tweġġa’ gravi f’inċident f’Raħal Ġdid

Mara ta’ 69 sena minn Raħal Ġdid weġġgħet gravi wara li ntaqlet minn karozza. L-inċident seħħ ilbieraħ għal ħabta tat-tlieta neqsin kwart ta’ waranofsinhar fi Triq Vjal Sir Paul Boffa, Raħal Ġdid.

Mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li l-mara, weġġgħet wara li ntlaqtet minn Suzuki Swift, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 34 sena residenti Ħal Tarxien.

Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.