Lokali Parlament

Mhux il-ġdid u s-superfiċjalità huma importanti iżda l-kwalità u l-kontribut politiku

Ritratt: Matthew Tabone

Clyde Puli, PN

Id-deputat Nazzjonalista Clyde Puli qal fl-Aġġornament tal-parlament li bħalissa fis-soċjetà hawn element ta’ superfiċjalità iżda l-importanti mhux dak li jkun proġettat bħala ġdid iżda l-kontenut, il-kwalità u l-kwalità.

Clyde Puli qal li jeħtieġ li l-parlament jissaħħaħ u sostna li wasal iż-żmien li l-parlamentari jsiru full-timers b’iktar riċerka fejn id-deputat ikun jista’ jagħmel l-aġenda parlamentari. Dan seħħ meta bdiet id-diskussjoni fuq l-IVF, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li s-sistema qed tinħakem mis-soċjetà fejn is-superfiċjalità qed tkun ippremjati. Dan iseħħ meta jingħad li jridu jiddaħħlu l-ġodda flok il-qodma; l-importanti hu l-kwalità u mhux il-fatt tal-ġdid.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-affarijiet ġodda ma jaħslux dak kollu li sar ħażin; fil-parlament kien hemm politiċi ġodda li għamlu ħsara lill-parlament waqt li hemm ħafna okkażjonijiet fejn deputati li ilhom snin jagħtu kontribut komplew bil-kontribut pożittiv tagħhom.