Lokali

Missier ta’ priġunier jallega li qed jinkisrulu d-drittijiet tiegħu

Din hija l-weġgħa ta’ missier li ibnu jinsab fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Huwa stqarr li lill-ibnu ħadulu s-sett tat-televiżjoni filwaqt li waqqfuh milli jmur il-quddies għal sitt xhur mingħajr ma tawh ebda raġuni.

F’messaġġ fuq il-media soċjali, dan il-missier qal li ċerti priġunieri qed jispiċċaw ibatu għax ma jaqblux ma’ kif qed isiru l-affarijiet fil-Ħabs ta’ Kordin… fi kliem sempliċi ma jaqblux mal-mod kif qed jitmexxa l-Ħabs taħt it-tmexxija tal-kurunell Alex Dalli.

Huwa żied jgħid li f’din il-Faċilità xebgħu jiksru d-drittijiet fundamentali ta’ dawn il-persuni.