Sport Sport Ieħor

Qormi Daikin jegħlbu lil Sliema Hotstick

F’logħba mill-kampjonat ta’ taħt is-16-il sena tal-Hockey, Qormi Daikin għelbu lil Sliema Hotstick bl-iskor ta’ 3-2 f’konfront mimli  emozzjonijiet. It-tim immexxi minn Zak Degiovanni stabilixxa vantaġġ tajjeb bejn l-ewwel u t-tielet quarter permezz ta’ Molly Butler, Jake Spiteri Montebello u Neil Spiteri. Minkejja dan l-iżvantaġġ, Sliema immexxija minn Alex Bolton u Julian Zahra wettqu reazzjoni u skorjaw żewġ gowls permezz ta’ Jayden Cutajar u Niandra Xuereb sabiex ħolqu final drammatiku. Minkejja kollox, il-Qriema żammew sod sabiex kisbu rebħa importanti.  Fuq kollox, wieħed irid ifaħħar il-logħob sabiħ li ħolqu ż-żewġ timijiet bil-logħba tibqa’ inċerta sal-aħħar.