Futbol Sport

‘Replay Post-Match’ b’edizzjoni speċjali l-għada tad-dro ta’ Malta f’Ċipru

Replay Post-Match

Replay għadu kemm tellgħa fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, l-edizzjoni podcast għal din il-ġimgħa, tal-programm il-ġdid ‘Replay Post-Match’. Din il-produzzjoni qed tixxandar fuq Net FM u l-media soċjali ta’ Replay, u hi l-aktar inizjattiva riċenti li qed jippreżenta t-tim ta’ Replay, hekk kif fil-bidu ta’ dan ix-xahar bdiet skeda ġdida ta’ programmi awdjo-viżivi u awdjofoniċi dwar il-futbol lokali.

‘Replay Post-Match’, qed jixxandar kull nhar ta’ Tnejn fit-8pm, madankollu peress li l-bieraħ il-ħin tal-programm kien jaħbat mal-istess ħin tal-logħba bejn Ċipru u Malta f’Larnaca, kif ukoll mad-diskors tal-baġit, il-programm kien imtella’ fuq il-paġna ta’ Replay fuq Facebook, it-Tlieta filgħaxija.

Din il-ġimgħa, Christian Micallef ħa ħsieb il-presentazzjoni ta’ ‘Replay Post-Match’, u li kien kollu kemm hu dwar il-logħba Ċipru kontra Malta, li ntlagħbet it-Tnejn filgħaxija.

Agħfas hawn biex issegwi u tisma’ ‘Replay Post-Match’, numru tlieta, għal din l-iskeda l-ġdida ta’ programmi.

Fin-nuqqas tal-presentatur ta’ dan il-programm, Jordi Farrugia, din il-ġimgħa Micallef issemma’ numru ta’ siltiet mill-konferenza stampa ta’ wara l-partita, indirizzata mill-kowċ nazzjonali Malti, Devis Mangia, kif ukoll intervista oħra interessanti mal-President tal-MFA, Bjorn Vassallo.

‘Replay Post-Match’ hu mwassal kull ġimgħa, bl-appoġġ ta’ Meridianbet, wieħed mill-isponsors tal-programmi Replay għal dan l-istaġun.