Lokali Qorti

Sentenza sospiża għal erba’ Afrikani li biegħu oġġetti tad-ditta b’qerq

Żewġt irġiel mis-Senegal, wieħed mill-Mali u l-ieħor mill-Kosta tal-Ivorju ingħtaw sentenza sospiża wara li ammettew li nhar il-Ħadd li għadda u fil-ġimgħat ta’ qabel meta kienu fil-Monti ta’ Marsaxlokk biex oġġetti tad-ditta b’qerq.

Abdoulaye Diop ta’ 31 sena u Modou Lo ta’ 53 sena, t-tnejn mis-Senegal, Mamadou Cisse ta’ 45 sena mill-Kosta tal-Ivorju u Khadem m’Bay ta’ 36 sena mill-Mali ammettew quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea li mingħajr il-kunsens tas-sid biegħu oġġetti falsifikati b’qerq u li wettqu attività kriminali mingħajr liċenzja ta’ awtorità kompetenti.

Diop li għandu karta tal-identità Taljana ġie kundatt sitt xhur ħabs sospiżi għal sena u emenda ta’ €120 u Lo, li għandu permess ta’ residenza Taljana ġie kundannat 10 xhur ħabs sospiżi għal tliet snin u emenda ta’ €500.

Sadaniitant Cisse li li għandu karta tal-identità Taljana ġie kundannat sitt xhur ħabs sospiżi għal sena u emenda ta’ €120 filwaqt li M’Bay, detentur ta’ karta tal-identità Maltija ġie kundannat tmien xhur ħabs sospiżi għal erba’ snin u emenda ta’ €300. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Jonathan Cassar u Gabria Gatt.