Internazzjonali

Tajlandja: Lejn it-tmiem tal-kwarantina għal turisti minn pajjiżi ‘low risk’

It-Tajlandja qed tippjana biex, mill-Ewwel ta’ Novembru, ittemm ir-regoli tal-kwarantina għall-barranin li jkunu ħadu t-tilqima sħiħa kontra l-Covid u li jkunu qed jaslu fl-artijiet tagħha minn talanqas għaxar pajjiżi meqjusa bħala ‘low risk’,

Il-Prim Ministru Prayuth Chan-ocha sadanittant ammetta li d-deċiżjoni ‘fiha element ta’ sogru’ iżda tenna li dan hu wkoll pass importanti lejn ‘il-qawmien mill-ġdid’ tas-settur tat-turiżmu li kien affettwat ferm ħażin mill-pandemija.

L-għaxar pajjiżi meqjusa bħala ‘low risk’ jinkludu r-Renju Unit, iċ-Ċina, il-Ġermanja u l-Istati Uniti.