Lokali Qorti

Taljan mhux ħati li wettaq frodi u serq fil-konfront tal-Lidl

Taljan residenti San Pawl il-Baħar li flimkien ma’ mara kompliċi miegħu ma nstabx ħati li wettaq frodi flimkien għad-dannu tal-Lidl billi kien jimla diversi trolleys bl-affarijiet u jibqa’ ħiereġ il-barra mingħajr ma jħallas xejn. Vincenzo Maniscalco ta’ 42 sena ma nstabx ħati mill-Maġistrat Simone Grech li kellu ftehim ma’ mara Taljana li kienet taħdem bħala kaxxiera fil-Lidl taċ-Żejtun li kien jibqa’ ħiereġ l’barra meta hija ma kinitx tippanċja x-xiri tiegħu, jew inkella tippanċja ftit ċenteżmi.

Il-mara kaxxiera kienet ammettiet fl-istadju bikri tal-proċeduri u ġiet illiberata bil-kundizzjoni li ma twettaqx reat ieħor fi żmien sentejn. Wara hija kiene telqet minn Malta. Skont il-Prosekuzzjoni l-kumpanija Lidl kienet timpjega kaxxiera, komplici mal-akkużat u dawn kienu jiehdu somom kbar f’affarijiet.

Il-Prosekuzzjoni qalet li gie kkalkulat li Vincenzo Maniscalco kien jiehdu bejn €300 u €400 kull darba billi kien ihallas xi haga zghira tal-flus, u johrog bi trolley mimli. Kien ingħad ukoll li dan kollu gara għal madwar 32-il darba peress li din is-sitwazzjoni ilha ghaddejja bejn Lulju u Frar tal-2018.

L-Ispettur Roderick Attard kien spjega lill-qorti kif Maniscalco kien se jgħabbi trolley b’muntanja ta ’oġġetti waqt li l-kompliċi tiegħu, li kienet kaxxier fis-supermarket, kienet tirrekordja biss transazzjoni ta’ 29ċ u ġieli €1.50. Bħala parti mill-investigazzjoni, filmati tas-CCTV kien ingħata lill-pulizija.

Il-Prosekuzzjoni qalet li l-imputat kien dejjem imur fuq il-cash li kienet tkun fiha din l-istess kaxxiera partikolari. Kien hemm sensiela ta’ transazzjonijiet dejjem mill-istess kaxxiera. Sostna li din il-kaxxiera kienet taf lill-imputat, għax it-tnejn kienu jaħdmu mal-Malta Public Transport bħala xufiera fl-istess żmien.

Ħareġ ukoll li kien ghamel serje ta’ transazzjonijiet mingħand l-istess kaxxiera bil-credit card tiegħu, liema transazzjonijiet kienu jammontaw ghal 29 cents u €1.37. Ikkonferma li ma rrizultalu minn imkien il-ftehim li kien hemm bejn il-kaxxiera u l-imputat.

Fl-istqarrija, l-imputat kien sostna li huwa kien jaħdem Hal Kirkop. Sostna li mhux stramb li jmur jixtri miż-Żejtun li kieku din kienet okkażżjoni ta’ darba, izda mhux meta ġrat diversi drabi. Sostna li qatt ma rriżulta xi tip ta’ ftehim.

Il-Qorti qalet li ma hemmx provi biżżejjed biex t-Taljan jinstab ħati. Qalet li l-imputat għażel li jixhed f’dawn il-proċeduri, u ċaħad li huwa kien jaf lill-kaxxiera nvoluta, u li kienet ko-akkużata mieghu.

Il-Prosekuzzjoni minn naħa tagħha, lanqas biss ma ressqet bhala xhud, lil din il-kaxxiera. Dik kellha tkun l-ahjar prova li l-Prosekuzzjoni setgħet tressaq sabiex twassal lill-Qorti ghal konvinċiment rikjest, biex issib htija fl-imputat.

Il-Maġistrat Simone Grech qalet li minflok, tali prova baqgħet qatt ma tressqet, u l-Prosekuzzjoni straħet biss fuq fatturi ohra, dik li l-imputat kien joħroġ b’trolley mimli, mentri l-irċevuta tkun għall-ammont minimu ta’ ftit ċenteżmi jew ftit ewro; li l-imputat kien joqgħod San Pawl il-Baħar, iżda kien imur dejjem jixtri mill-Lidl taż-Żejtun li huwa l-bogħod, u li l-imputat kien dejjem jinqeda mingħand l-istess kaxxiera.

Minn naħa tieghu, l-imputat spjega li huwa kien imur jixtri minn dan l-istabbiliment peress li kien ikun f’dawk l-akwati fuq xogħol. Ċahad li huwa kien jinqeda dejjem minghand l-istess kaxxiera, filwaqt li sostna li l-iżball li ghamel kien li qatt ma ċċekja l-irċevuti li kien jinghata. Għaldaqstant il-Qorti qalet li r-reat ta’ frodi ma ġiex ippruvat kif ma ġiex ippruvat ir-reat ta’ serq.

Il-Qorti qalet li l-Prosekuzzjoni kienet indeċiża mill-bidu, dwar x’imputazzjoni se tressaq lill-imputat biha.  F’dan il-każ, l-imputat kien verament f’Supermarket biex jixtri. Huwa poġġa l-oġġetti kollha li neħħa minn fuq l[1]ixkafef, fuq il-conveyor belt biex jigu ‘scanned’, u b’hekk iħallashom.

Dan mhuwiex każ fejn l-imputat ħeba xi oġġetti fuq il-persuna tiegħu jew f’xi aċċessorji miżmuma minnu, sabiex b’hekk jieħu dak l-oġġett moħbi u li huwa ta’ ħaddiehor, mingħajr il[1]kunsens tas-sid, bl-intenzjoni li jagħmel forma ta’ gwadann u qliegħ. Għal Vincenzo Maniscalco deher l-Avukat David Gatt.