Lokali

Tfajla tweġġa’ f’inċident f’Ħal Kirkop

It-Tlieta filgħaxija għall-ħabta tas-7:00pm seħħ inċident taħt il-mina ta’ Ħal Kirkop li fih inqalbet vettura bil-konsegwenza li ġarrbet ħsarat estensivi.

Kelliem għall-Pulizija li tkellem mas-sit netnews.com.mt spjega li l-vettura tat-tip Mazda kienet qed tinstaq minn mara ta’ 30 sena, li kienet waħedha fil-karozza u li għal xi raġuni mhux magħrufa tilfet il-kontroll. F’dan l-inċident ma kien involut ħadd iktar għajr għall-mara imsemmija.

Immedjatament fil-post intalbet l-għajnuna tal-Pulizija kif ukoll team mediku tal-ambulanzi li wara assistenza fil-post ħadu lill-mara l-Isptar Mater Dei għal iktar kura.

Il-mara sofriet xi ġrieħi ħfief.