Sport Sport Ieħor

William Chetcuti jirbaħ is-seba’ MSSF Selection Shoot Trap

William Chetcuti rebaħ is-seba’ MSSF Selection Shoot tat-Trap tas-sena 2021.

Brian Galea ġie t-tieni klassifikat, filwaqt li Emmanuel Bugeja spiċċa t-tielet fil-klassifika finali.

Din il-kompetizzjoni saret fir-Ranges Nazzjonali ġewwa Ta’ Kandja, u ttelgħet fuq jumejn, b’75 plattina s-Sibt, u 50 plattina u l-Finali, l-għada l-Ħadd.

Is-sitt Finalisti skond il-Bib number u l-kwalifikazzjoni tagħhom kienu: William Chetcuti b’total ta’ 119/125; Gianluca Chetcuti 118/125; Emmanuel Bugeja 116/125; Nico Sciberras 116/125; Brian Galea 116/125; u Jason J. Aquilina 113/125.

Ir-Riżultati uffiċjali wara l-Finali kienu: William Chetcuti 45/50, Brian Galea 41/50, Emmanuel Bugeja 32/40, Jason J. Aquilina 29/35, Gianluca Chetcuti 23/30, Nico Sciberras 17/25