Budget 2022 Ekonomija Lokali

X’jaħsbu n-nies dwar iż-żieda ta’ €1.75?

Budget li mal-ewwel daqqa t’għajn ftit ikkonvinċa

Hekk kif issa għaddew 24 siegħa mid-diskors ta’ sagħtejn u nofs illi twassal mill-Ministru tal-Finanzi, aktar nies komplew jitkellmu u jesprimu l-opinjoni tagħhom dwar dak li ħareġ mill-Budget tal-bieraħ – Budget li ftit li xejn ikkonvinċa – Min għoġbu u min le – specjalment il-€1.75 żieda għall-għoli tal-ħajja, illi wħud iddeskrivuha bħala daħka fil-wiċċ.

“Is-soltu storja.. 1.75 fl-aqwa żmien… jaħsbuna ċwieċ” – “Żieda tal-biki… Suppost għandna Gvern tal-ħaddiem.” – “Dak li ħadna taħt il-Labour fi 8 snin… konna ħadnih taħt Gvern Nazzjonalista fi 3 snin.” – “Daħk fil-wiċċ, ħaseb li kulħadd ġaħan.” – “L-aqwa fl-Ewropa… jekk mhux fid-dinja!” – “Tad-daħq… li kienu mhux tal-biki.” – Huma dawn, ftit mill-mijiet ta’ kummenti fuq il-media soċjali appena ħarġet l-aħbar li l-Gvern Laburista kien se jagħti €1.75 żieda għall-għoli tal-ħajja – miżura li ħalliet diżappunt, kif spjegaw ħafna min-nies li l-għada tal-Budget tkellmu ma’ Net News.

Fost il-proposti li spikkaw fil-Budget kien hemm il-miżura tat-trasport pubbliku – iżda xejn aktar minn dan. Anzi, in-nies jibqgħu urtati dwar is-sitwazzjoni tal-għoli tal-ħajja li ma ġietx indirizzata.