Lokali

Covid19: 18-il każ ġdid; ifiequ 13-il persuna

Fl-aħħar sigħat instabu 18-il każ ġdid ta’ COVID-19, filwaqt li fiequ 13-il persuna oħra, bin-numru ta’ każijiet attivi fil-komunità tela’ għal 285.

Dan ħareġ mill-Ministeru tas-Saħħa fejn tħabbar ukoll li bħalissa hemm 7’ pazjenti li jinsabu rikoverati fl-Isptar Mater Dei.

Fortunatament bejn it-Tlieta u l-Erbgħa f’pajjiżna ma ġiet irreġistrata ebda fatalità kawża tal-pandemija, bl-ammont ta’ vittmi baqa’ dak ta’ 459, filwaqt li sal-jum tat-Tlieta ingħataw ‘il fuq minn 27,000 doża tal-booster.