Lokali

DJ Kolumbjan mixli bi stupru jinżamm arrestat

Ritratt mill-Arkivji

Disc Jockey Kolumbjan ta’ 32 sena li jdoqq Paceville u li huwa resident fl-istess lokalità ġie mixli quddiem il-Maġistrat Nadine Lia li nhar il-Ħadd li għadda stupra Olandiza.  L-akkużat li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti li wieġeb mhux ħati tal-ebda akkuża ta’ natura sesswali iżda baqa’ miżmum taħt arrest preventiv.

L-Ispettur John Spiteri li flimkien mal-Ispettur Brian Xuereb ressqy lill-Kolumbjan qal li li l-Pulizija rċiviet informazzjoni rapport li waqt li t-tfajla ta’ 23 sena, kienet fi club fejn idoqq l-akkużat u bdiet  titkellema miegħu. Hu qalilha biex tmur residenza tiegħu li iżda ma xtaqitx. Madankollu rnexxielu jikkonvinċiha biex tgħinu jtella’ xi affarijiet li huwa juża fid-daqq.  Meta daħlet fir-residenza tiegħu huwa  għamel avvanzi sesswali  u spiċċa biex stupra u wettaq atti sesswali migħajr il-kunsens tagħha.

L-Ispettur Spiteri kienet eċitata u bdiet tibki u sar rapport u wara ġie identifikat min kien li allegatament wettaq l-allegat abbuż. Qal ukoll li jirriżulta mill-investigazzjoniji li sħaba li kienu magħha kien bdew iffixuhua  u jċemplulha għal 21 minuta.

Hi kienet ukoll ipprovat tagħmel kuntatt magħhom meta ħarġet mir-resideza tal-akkużat li tinsab viċin il-club fejn idoqq u sħaba sabuha taħt xokk u tibki. L-allegata vittma  ċemplet lill missierha li kien telaq lejn l-Olanda, li għadu kif jasal.

Huwa  ġie lura Malta mal-ewwel titjira. It-tfajla ġiet eżaminata wkoll l-Isptar Mater Dei u għamlet ir-rapport mal-Pulizija flimkien ma’ missierha. Il-Qorti ordnat id-divjet fuq l-ismijiet kemm tal-vittma kif ukoll tal-akkużat.

Dan wara talba mill-Prosekuzzjoni biex ma jixxandarx isem il-vitma. Id-difiża qalet li l-istess għandu jiġri fil-konfront tal-akkużat għax għadu preżunt innoċenti. Kien hemm oġġezzjoni minn naħa tal-Prosekuzzjoni  u hawn il-Qorti ddeċidiet li ma jixxandrux l-ismijiet tat-tnejn. Il-Qorti ukoll ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma.

Saret talba wkoll għall-pleġġ tal-akkużat mid-difiża fejn saret oġġezzjoni qawwija mill-Prosekuzzjoni minħabba l-biża tal-kontaminazzjoni tal-provi u l-fatt li kien hemm kuntatt bejn l-akkużat u l-vittma fuq Instagram fejn l-akkużat talabha skuża.

Ingħad ukoll li għadu stadju bikri u li għad trid tixhed quddiem il-Qorti. Il-Prosekuzzjoni qalet li l-akkużat m’għandux rabtiet ma’ Malta u li l-Gvern Malti m’għandu ebda ftehim mal-Gvern Kolumbjan u li dan huwa każ li jġorr piena ta’ ċerta portata.

Id-difiża qalet li l-fatt li huwa barrani ma jfissirx li ma jingħatax l-ħelsien mill-arrest. Ingħad ukoll li d-DJ għandu rabtiet qawwija ma’ Malta. Id-difiża qalet li l-allegata vttma diġa xehdet fl-inkjesta li hija preservata.

Il-Prosekuzzjoni qalet li dan mhux eżatt imma kull ma tkellmet kien l-isptar quddiem espert legali u mhux quddiem il-Qorti inkwerenti bid-difiża tgħid li xorta waħda dan sar taħt ġurament. Id-difiża qalet li hemm mill-anqas ħames xhieda li lanqas għadhom xehdu fl-inkjesta.

Id-difiża rribbattiet billi qalet ukoll l-imputat għandu xogħol u indirizz fiss f’Malta u l-fatt li l-provi prinċipali diġa’ huma miġbura u preservati. La darba wkoll hemm fis-seħħ ordni ta’ protezzjoni l-vittma issa għandha garanziji legali.

Id-difiża qalet ukoll li din hija allegazzjoni falza tant li wara l-inċident kienu qegħdin jimxu id f’id bil-prosekuzzjoni tgħid li hija kienet sfurzata tagħmel dan u li l-akkużat beda jġebbidha. Il-Qorti ċaħdet it-talba għax il-vittam għad trid tixhed fil-Qorti u għalhekk teżisti l-biża li jiġu kontaminati l-provi. Il-Qorti talbet lill-Prosekuzzjoini biex tressaq il-provi tagġha mill-aktar fis possibbli.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mil-Ispetturi John Spiteri u Brian Xuereb mgħejjuna mill-Avukati tal-AĠ Darlene Grima u Maxilene Bonnett. Għall-akkużat deheru l-Avukati Rachel Tua u Edmond Cuschieri filwaqt li l-Avukat Alfred Abela deher bħala parte civile għan-nom tal-allegata vittma.