Budget 2022 Lokali

Il-Gvern stess jistħi jsemmi ż-żieda ta’ €1.75

...fil-fuljett ta' propaganda li qed iqassam fid-djar

Wara li ppreżenta l-Budget, il-Gvern qed jibgħat fuljett kollu kuluri f’kull dar f’pajjiżna. Il-fuljett hu intiż li jelenka l-miżuri li tħabbru fil-Budget.

Iżda oħroġ il-għaġeb, minkejja li l-fuljett isemmi tista’ tgħid kull ma tħabbar fil-Budget, għal xi raġuni ż-żieda minima ta’ €1.75 tħalliet barra minn dan il-fuljett.

Gvernijiet Laburisti fl-aħħar snin taw żidiet minimi lill-ħaddiem meta mqabbla maż-żidiet li kien jagħti Gvern Nazzjonalista.

Il-Gvern ta żieda ta’ €1.75 lill-ħaddiema fil-Budget tat-Tnejn filwaqt qat li se joħroġ €20 miljun oħra għal Steward għas-sena d-dieħla.