Lokali

ll-Bank of Valletta jitlef correspondent bank Kanadiż

Wara li tilef l-aħħar correspondent bank Amerikan, il-Bank Of Valletta issa tilef ukoll wieħed miż-żewġ correspondent banks Kanadiżi tiegħu. Dan ifisser li issa l-BOV se jkun qed jillimta t-tranżazzjonijiet fid-Dollaru Kanadiż.

Il-Bank informa lill-klijenti tiegħu li mhux se jkun qed jipproċessa xi tranżazzjonijiet fil-munita Kanadiża mill-1 ta’ Diċembru.

Il-Bank of Valletta qal li l-Bank of Montreal kien qed jissospendi s-servizzi tiegħu mal-Bank Malti.

Il-Bank Malti se jkun qed jipproċessa xi tranżazzjonijiet fil-munita Kanadiża permezz tal-Canadian Imperial Bank of Commerce.