Xufieri ta’ żewġ vetturi ttieħdu l-Isptar għall-kura wara li dalgħodu kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku.
Għall-ħabta tal-11.10am, għal xi raġuni, seħħ l-inċident bejn karozza tat-tip BMW misjuqa minn raġel ta’ 20 sena minn San Ġwann u karozza tat-tip Audi misjuqa minn mara ta’ 59 sena mill-Mosta, fi Triq Tas-Sliema, fil-Kappara.
Minbarra l-Pulizija, fil-post issejħu Ambulanzi, bit-timijiet mediċi rispettivi jagħtu l-ewwel għajnuna liż-żewġ persuni.
Huma ttieħdu l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, bir-raġel kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi u l-mara kienet iċċertifikata li qed issofri minn feriti ħfief.
//= $special ?>