Statistika riċenti wriet li 90 persuna kienu arrestati waqt il-partiti tal-Ingilterra fl-Euro 2020. L-Ingilterra lagħbu sitt partiti minn seba’ f’Wembley Stadium fejn tilfu l-finali bil-penalties kontra l-Italja.
39 arrest seħħew fil-partiti kontra l-Italja, 28 seħħew fil-partita kontra l-Iskozja filwaqt li 18 seħħew fis-semifinali kontra d-Danimarka. Intant, il-ġimgħa d-dieħla mistennija tittieħed deċiżjoni dwar jekk l-Ingilterra hux se tkun qed tilgħab xi partiti b’bibien magħluqa wara l-inċidenti li seħħew fil-finali kontra l-Italja fejn partitarji ġġieldu mal-pulizija u anke l-istewards.
Figuri wrew li l-2,978 partita li kienu skedati li jintlgħabu matul l-istaġun li għadda, ntlagħbu minkejja l-pandemija tal-Covid-19, fejn 93% intlagħbu mingħar il-partitarji filwaqt li 7% ntlagħbu b’attendenza limitata.
//= $special ?>