Futbol Sport

Aħbar ħażina għall-player ta’ Bournemouth David Brooks

(Ritratt: EPA)

Il-midfielder ta’ Wales u ta’ Bournemouth David Brooks irċieva aħbar ħażina fejn kien ikkonfermat li għandu l-kanċer. Brooks se jkun qed jibda t-terapija l-ġimgħa d-dieħla.

Brooks li għandu 24 sena s’issa lagħab 21 partita ma’ Wales u kien grazzi għat-tobba tat-tim nazzjonali li kien ikkonfermat dak li għandu Brooks. F’messaġġ fuq il-midja soċjali Brooks qal li minkejja li rċieva din l-aħbar, huwa kunfidenti li se jkun jista’ jirkupra u jerġa jirritorna fil-grawnd. Brooks irringrazzja wkoll lit-tobba, lin-nurses u anke lill-konsulenti li għenuh f’dan il-perjodu.

David Brooks lagħab tliet darbiet għal Wales fl-Euro 2020 u kien fis-6 ta’ Ottubru li l-player kellu jirtira mill-iskwadra ta’ Wales minħabba li kien ma jiflaħx.