Lokali

Anzjana tindarab f’inċident tat-traffiku

Ilbieraħ għall-ħabta tas-7.30pm, mara ta’ 86 sena residenti n-Naxxar, weġġgħet gravi wara li ntlaqtet minn vettura BMW 116I, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 22 sena residenti lImtarfa. L-inċident seħħ fi Triq San Publju, il-Furjana.

Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.