L-għawwiema mill-Awstralja li tispeċjalizza f’għawm fit-tul – Chloe McCardel ta’ 36 sena kisret ir-record tad-dinja ta’ kemm il-darba qasmet il-kanal bejn l-Ingilterra u Franza.
Hija għamlet dan għall-44 darba fejn qabel kien qed taqsam ir-record flimkien ma’ Alison Streeter tar-Renju Unit.
McCardel bdiet mill-kosta britannika fejn għamlet id-distanza ta’ 34 kilometru f’10 sighat mal-wasla f’ Ponte de la Courte Dune’ qrib Calais. Fl-2016 kellha record ta’ 124 kilometru li għamel fil-Bahamas u li kien rikonoxxut mill-Federazzjon tal-Għawwiema tal-Maratoni.
//= $special ?>