Lokali

COVID-19: 19-il każ ġdid; 9 rikoverati fl-Isptar Mater Dei

Il-każi attivi tal-Coronavirus f’pajjiżna żdiedu b’erbgħa meta fl-aħħar 24 siegħa kienu rreġistrati 19-il każ ġdid ta’ COVID-19 filwaqt li fiequ mill-virus 15-il persuna. B’hekk il-każi attivi bħalissa jammontaw għal 289.

Dan ħareġ mill-Ministeru tas-Saħħa fejn tħabbar ukoll li bħalissa hemm disa’ pazjenti li jinsabu rikoverati fl-Isptar Mater Dei, b’wieħed minnhom jinsab fit-taqsima tal-kura intensiva.

Bejn l-Erbgħa u l-Ħamis, skont l-awtoritajiet, ħadd ma tilef ħajtu bil-virus biex b’hekk il-fatalitajiet tal-pandmeija jibqgħu 459.

Fl-aħħar 24 siegħa ingħataw madwar 28,500 doża tal-booster.