Budget 2022 Lokali

FILMAT: In-nies jgħidu li l-Budget kien “ftit wisq”

Fuq fomm kulħadd l-istess frażi – m’aħnix inlaħqu mal-għoli tal-ħajja. U dak li ta l-Gvern fil-Budget kien “ftit wisq”.

Hekk qalulna n-nies li l-Ħamis filgħodu kienu jinsabu fil-Belt Valletta, filwaqt li għal oħrajn… il-Budget tant kien irrilevanti li diġa’ nesewh kompletament.

Għal oħrajn, l-akbar insult tibqa’ żieda minima ta’ ewro u 75 ċenteżmu fil-ġimgħa… li biha lanqas jirnexxilek tixtri l-iktar affarijiet bażiċi ta’ kuljum, bħal xirja ta’ kartuna ħalib u ħobża tal-Malti.

Għal 8 snin sħaħ, il-Gvern Laburista baqa’ jghid li l-mod kif tinħadem il-COLA trid tiġi aġġornata, iżda xorta naqas milli jagħmel dan.

Ftit sigħat biss qabel il-preżentazzjoni tal-Budget, l-uffiċju Nazzjonali tal-istatisika kien ippubblika l-aħħar ċifri dwar l-għoli tal-ħajja f’pajjiżna… li urew kif fl-aħħar seba’ xhur, il-prezzijiet komplew jisplodu ‘l fuq.