Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena Frank Schembri sejjaħ skwadra ta’ 20 player għat-tournament ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej. Malta se tkun qed tilgħab fi Grupp B4 f’mini-tournamet li se jkun qed isir f’pajjiżna.
Dan it-tournament se jkun qed jifforma parti minn rawnd 1 tal-format il-ġdid fejn se jkun eliminat kompletament il-format l-antik fejn issa se jkun simili għal dak li jseħħ fil-UEFA Nations League fejn it-timijiet se jkunu maqsuma f’diviżjonijiet u gruppi differenti.
Malta se tkun qed tilgħab kontra l-Ġorġja, l-Iżrael u r-Rumanija.
It-tim Malti se jkun ffurmat minn:
Goalkeepers
Justyne Caruana, Giulia D’Antuono (both Raiders Lija).
Difensuri
Tammy Falzon (Swieqi United), Rhea Borg (San Ġwann), Izabella Camilleri, Mariah Cardona, Martina Fenech (Birkirkara), Alexandra Gatt (Barking Abbey College, England).
Midfielders
Ileana Farrugia, Martina Cortis, Veronique Mifsud (Birkirkara), Sarah Vella Barbieri, Maya Lucia (Raiders Lija), Yulya Carella (San Ġwann), Elena Sissons, Michaela Cachia, Hannah Khatib (Swieqi United), Emma Ciantar Piccinino (Sunderland Foundation of Light)
Attakkanti
Iulia Mifsud (Swieqi United), Kailey Willis (Hellas Verona Women)