Edukazzjoni Lokali

Il-Ministeru tal-Edukazzjoni jitlef il-mandat kontra l-MUT u l-edukaturi bil-Qorti tgħid li d-direttivi maħruġa huma dritt

F’digriet maħruġ mill-Qorti aktar kmieni llum, il-Qorti ċaħdet il-mandat ta’ inibizzjoni li pprova jagħmel il-Ministeru tal-Edukazzjoni kontra l-MUT u l-Edukaturi. Il-Qorti fid-deċiżjoni tagħha qalet li l-unions għandhom kull dritt joħorġu direttivi biex jipproteġu l-membri tagħhom.

Dan ifisser li l-Ministeru kellu miċħud mandat li sar kemm kontra l-MUT kif ukoll kontra l-UPE, l-Union tal-Edukaturi Professjonali. Il-Qorti rrikonixxiet id-dritt li l-MUT u l-UPE li jordnaw direttivi, liema dritt ipprova jittieħed mill-Ministeru tal-Edukazzjoni.

“Ħadd, inkluż il-Ministeru, mhuwa ser jagħmel sarima mal-MUT u l-Edukaturi,” qalu l-unions. Il-Qorti, preseduta mill-Imħallef Neville Camilleri qalet li kienet meħtieġa evidenza biex tissostanzja d-dikjarazzjonijiet tal-Ministeru. L-MUT insistiet li ma tistax tifhem id-dritt mitlub mill-Ministeru u lanqas ma tista’ tidentifika l-preġudizzju irrimedjabbli li l-mandat kien qed isir kontriha. Min-naħa tagħha l-UPE argumentat li l-applikanti ma kellhom l-ebda dritt prima facie li jipproteġu u lanqas ma huma se jsofru xi preġudizzju irrimedjabbli.

Il-Qorti rrimarkat li kien hemm differenza bejn obbligu u dritt. “Il-fatt li persuna hija obbligata li tagħmel xi ħaġa ma jagħtix lil dik il-persuna d-dritt li tagħmel dak kollu li tista ‘biex tissodisfa l-obbligu tagħha. Fis-sitwazzjoni preżenti huwa rikonoxxut dak li l-Istat huwa obbligat li jagħmel fir-rigward ta’ l-Edukazzjoni, filwaqt li fl-istess ħin il-Qorti għarfet ukoll il-prinċipju li unions kellhom kull dritt li joħorġu direttivi u jipproteġi l-interessi tal-membri tagħhom. ”

Il-Qorti wara li eżaminat ġurisprudenza rilevanti u reċenti dwar dawn il-kwistjonijiet qalet li ma kinitx sodisfatta li l-Ministeru effettivament kellu l-prima facie każ. Minn dan isegwi, għalhekk, li ma kien hemm l-ebda dritt għall-Qorti li tipproteġi lil xi ħadd, qal l-Imħallef.

L-Imħallef Camilleri kkwota minn sentenzi li stabbilixxew li l-mandat ta’ inibizzjonii projbittiv m’għandux jintuża bħala arma. Is-sentenza mistennija toħloq problemi għall-Ministeru billi tipprova ssib soluzzjoni għal nuqqas ta ’għalliema fl-iskejjel tiegħu.

L-MUT mistennija tkun qed tkompli ssegwi s-sitwazzjoni tal-każijiet ta’ transfers fil-Primarja u se toħroġ l-azzjonijiet industrijali fejn meħtieġ. Id-direttivi li nħarġu ser jibqgħu fis-seħħ. L-MUT barra li kienet qed isostni il-paniku li kien fil-Ministeru tal-Edukazzjoni ftit qabel il-ftuħ tal-iskejjel kienet qalet ukoll li l-Ministeru pprova jagħmilha sarima għax tkellmet kontra l-aġir tal-Ministeru li naqas milli javża fil-ħin fejn se jgħallmu l-għalliema.

L-MUT kienet żvelat li l-Ministeru daħħal mandat ta’ inibizzjoni kontriha wara li l-union qalet li hemm 150 klassi fl-iskejjel primarji mingħajr għalliema. Hija kienet ikkritikat lill-Ministeru talli għamel xhur jgħid li kollox kien lest għall-ftuħ tal-iskejjel imma ġimgħa qabel ma sar dan, indunaw li hemm nuqqas kbir ta’ għalliema fl-iskejjel primarji.

L-MUT ma qablitx mal-Ministeru tal-Edukazzjoni li ħareġ transfers lil numru kbir ta’ għalliema li jagħtu servizzi lill-istudenti. Dawn l-għalliema saru jafu b’dan biss is-Sibt, jumejn qabel fetħu l-iskejjel, u dan li t-Tnejn kellhom imorru jgħallmu fi skola differenti.

Qalet ukoll li dan sar mingħajr l-ebda avviż biex l-għalliema u l-Union ma jkunux jistgħu joġġezzjonaw mal-Ministeru u jaċċettaw il-proposti tagħhom. L-MUT saħqet li t-tmexxija oppressiva tal-Ministeru se teqred servizzi sħaħ u se tħalli eluf ta’ studenti mingħajr sapport.

Il-UPE ukoll kienet qalet li l-iskop tal-mandat ta’ inibizzjoni hu li l-Ministeru jagħlaq ħalq il-union dwar id-direttivi lill-membri tagħha. Kienet qalet ukoll li kull sforz biex il-union ma tkomplix tħares l-interessi tal-membri tagħha fuq il-post tax-xogħol tagħhom u dan minkejja l-“fjask li sar mill-Ministeru.”