Atletika Sport

Il-pulizija tissuspetta fir-raġel ta’ Agnes Tirop bħala dak li wettaq l-omiċidju

(Ritratt: EPA)

Il-pulizija qed jissuspettaw fir-raġel ta’ Agnes Tirop bħala dak li wettaq l-omiċijdu lbieraħ. Tirop instabet mejta fid-dar tagħha f’Iten bil-pulizija ddentifikaw lir-raġel tagħha bħala susspettat.

Id-darbtejn rebbieħa tal-midalja tal-bronż fil-Kampjonati Ewropej tal-Atletika u l-atleta li temmet fir-raba’ post fl-Olimpjadi tal-5,000 metru kellha 25 sena. Il-pulizija tard it-Tlieta filgħaxija rċievew rapport mingħand missier Tirop li bintu kienet nieqsa.

Rapporti internazzjonali qalu li l-pulizija malli waslu fid-dar ta’ Tirop sabuha fuq s-sodda u għadira demm ħdejha. Il-pulizija qalu wkoll li Tirop qalet daqqiet f’għonqa fejn jidher li d-daqqiet kienu ta’ sikkina. Il-pulizija qalu li se jkunu qed jelevaw filmati mill-kameras tas-sigurtà sabiex jgħinuhom aktar fl-investigazzjoni.

Is-Sibt li għadda, atleta ieħor mill-Kenya – Hosea Mwok Macharinyang ta’ 35 sena membru tat-tim li kiser ir-record tad-dinja tal-cross country instab maqtul fid-dar tiegħu f’Pokot fil-Punent tal-Kenya. Huwa rrappreżenta lil Kenya għal bosta snin fil-5000 metru u fl-10,000 metru filwaqt li rebaħ tlett edizzjonijiet konsekuttivi tal-Kampjonati tad-Dinja ta;-Cross Country bejn l-2006 u l-2008