Is-sena d-dieħla kien konfermat li jirritorna t-Tour de France tan-nisa wara nuqqas ta’ 33 sena. Dan it-tour se jkollu tmien stadji u se jkun qed jintemm fit-telgħa ta’ Planche des Belles Filles. Il-bidu ta’ dan it-tour se jkun qed isir ma’ dak tal-irġiel biż-żewġ tours mistennija jintemmu flimkien ukoll.
L-organizzatur ta’ dan it-tour qal li dan se jkun tour bilanċjat filwaqt li Chsritian Prudhomme li huwa d-Direttur tat-Tour tal-irġiel qal li l-akbar sfida kienet li jaraw li dan it-tour ikun wieħed sostenibbli.
//= $special ?>