It-tim Malti tar-Rugby League kien megħlub 40-16 kontra r-Repubblika Ċeka f’partita valida mill-Kampjonati Ewropej li qed jintlagħbu f’Bodrum fit-Turkija. It-tim Malti fetaħ vantaġġ ta’ 16-0 kmieni fil-partita, bil-partita titwaqqaf għal xi ħin minħabba li player tal-avversarji sofra injury u kellu jittieħed l-isptar.
Ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima, t-tim Malti tilef lid-debuttant Jean Scholey u lill-captain Shan Francois Hussain, bit-tim Malti ma jkollux players xi jbiddel għal aktar minn 50 minuta.
It-tim Malti jilgħab it-tieni partita nhar il-Ħadd kontra r-rebbieħ bejn it-Turkija u l-Olanda.
//= $special ?>