Lokali

Id-Dwana interċettat 4 vetturi oħra misruqa mill-Kanada fil-Port Ħieles

Id-Dwana interċettat erba’ vetturi oħra misruqa mill-Kanada u li nqabdu fil-Port Ħieles. Dawn huma żewġ Jeep Pick-ups, Mercedes u Ford Pick-up.

L-Uffiċjali tad-Dwana għamlu din is-sejba wara spezzjoni fuq diversi kontejners li waslu mill-Kanada għal Malta, u li kienu fi triqithom lejn Abu Dhabi. F’erba’ minn dawn il-kontejners instabu l-vetturi misruqa.

Din kienet it-tielet sejba ta’ din it-tip fl-aħħar jiem f’operazzjoni intensiva kontinwa li tinvolvi lid-Dwana ta’ Malta, il-Pulizija ta’ Malta u l-awtoritajiet Kanadiżi. B’kollox sa issa ġew interċettati total ta’ 12-il vettura: 4 Ford pick-ups F450, 2 Jeep Grand Cerokee SUV, 2 Lexus Rx350, Jaguar F-pace, Ford Expedition SUC, Jeep Rubicon u Mercedes G63.