Il-player ta’ Bayern Munich, Lucas Hernandez appella minn sentenza ta’ ħabs wara li jidher li hu u martu kisru ordni tal-qorti li ngħatat fl-2017. Dakinhar Hernandez kien arrestat u wara li kien għamel kuntatt ma’ martu minkejja li l-Qorti ta’ Madrid kienet ddeċidiet li ma jistgħax ikun hemm kuntatt bejn it-tnejn.
Fl-2017 il-koppju kellhom argument bejniethom, bit-tfajla ta’ Hernandez tiddaħħal l-isptar b’feriti ħfief. Minkejja li t-tnejn ma għamlux rapport fuq il-każ, jidher li huma tressqu bl-akkużi mill-prosekutur pubbliku Spanjol. Huma kienu ordnati li ma jagħmlux kuntatt ma’ xulxin għal sitt xhur kif ukoll li jagħmlu xogħol fil-komunità
Erba’ xhur wara dan il-każ, Hernandez kien arrestat fl-ajruport ta’ Madrid wara li kien qed jakkumpanja lis-sieħba tiegħu.
//= $special ?>