Sport Sport Ieħor

“Ma nafx meta se nkun nista nirritorna għal-logħob” – Rafael Nadal

(Ritratt: EPA)

It-tennista Spanjol Rafael Nadal qal li ma jafx meta se jkun qed jirritorna għal-logħob wara li tilef l-Olimpjadi ta’ Tokjo minħabba injury. It-tennista ta’ 35 sena qed jiffoka li jirritorna bilmod u mhux se jkun qed jgħaġġel.

L-eks numru wieħed tad-dinja, lagħab l-aħħar fiċ-Citi Open fejn kien sofra wkoll minn injury f’siequ. Nadal stqarr li ta’ kuljum qed jitħarreġ bis-sħiħ hekk kif qed isegwi pjan li għandu objettivi ċari.

Nadal mhux mistenni jirritorna dan l-istaġun. Din is-sena rebaħ biss żewġ unuri, l-Open ta’ Barcelona u l-Masters ta’ Ruma.