Il-pulizija fin-Norveġja arrestat Daniż ta’ 37 sena wara li f’Kongsberg beda jispara l-vleġeġ fi stabbiliment kummerċjali Coop. Kongsberg tinsab kważi 80km ‘il bogħod mill-kapitali Oslo.
Sa issa jidher li kaġun dan l-inċident mietu 5 persuni, madankollu hemm ammont ta’ persuni li ndarbu f’dan l-inċident.
Il-pulizija fin-Norveġja qalu li fil-bidu l-aggressur prova jaħrab, u spara anki fuq uffiċjali tal-pulizija, iżda wara ftit mumenti dan kien arrestat.
Sorsi qalu li d-Daniż ikkonverta għall-Iżlam, u mhux qed jeskludu li dan kien attakk terroristiku.
Il-Kap tal-Istabbilment Coop qal li mhux se jikkumenta dwar dan l-inċident. Huwa qal li dak li seħħ huwa terribbli u għalissa l-istabbiliment se jibqa’ magħluq.
//= $special ?>