Futbol Sport

Pedri bi klawsola ta’ biljun ewro

(Ritratt: EPA)

Il-midfielder ta’ Barcelona Pedri, ffirma kuntratt ġdid fit-tul ma’ Barcelona fejn saritlu wkoll klawsola ta’ biljun ewro. Il-midfielder ta’ 18-il sena ffirma kuntratt sal-2026 u mistenni jiffirma b’mod ufffiċjali għada.

Pedri ssieħeb ma’ Barcelona mingħand Las Palmas f’Awwissu li tas-sena li għaddiet u lagħab 53 darba għal Barcelona fl-istaġun li għadda fejn kien ukoll l-aktar player li lagħab matul l-istaġun. Pedri kien ukoll parti mill-iskwadra ta’ Spanja li waslet sas-semifinali tal-Euro 2020 kif ukoll kien parti mit-tim li ħa sehem fl-Olimpjadi fejn rebaħ il-midalja tal-fidda.

F’dan l-istaġun s’issa Pedri lagħab erba’ darbiet għal Barcelona bil-klabb jinsab fis-seba’ post fil-La Liga u fl-aħħar grupp fil-UEFA Champions League.