Il-bowlers Sue Abela u Cynthia Frendo Duca rebħu l-midalji tal-fidda fil-Kampjonati tal-Mediterran. Dawn il-kampjonati qed isiru fi Franza u b’hekk taw l-ewwel midalja lit-tim Malti f’dawn il-Kampjonati.
Iż-żewġ bowlers Maltin kellhom sitt partiti mill-aqwa fejn għelbu lill-bowlers Maltin b’żewġ pins 2433 kontra 2441. Wara din il-partita għelbu liż-żewġ bowlers Taljani b’distakk ta’ 13-il pin. B’din il-prestazzjoni, Abela tinsab fit-tieni post overall fl-avvenimenti tan-nisa filwaqt li Frendo Duca tinsab fil-11-il post.
Aktar kmieni matul il-jum, Matthew Magro u Kayden Lagana temmew fl-14-il post fil-kategorija tal-irġiel, bl-Italja jtemmu fl-ewwel post u jirbħu d-deheb. Fl-avvenimenti overall, Magro temm fil-ħames post filwaqt li Lagana li kien l-iżgħar bowler f’dawn il-kampjonati temm fit-22 post.
//= $special ?>