Lokali Qorti

Tliet żgħażagħ illiberati li wettqu ħsara fuq dgħajsa mikrija wara li ħabtu ma’ blata

Tliet żgħażagħ minn Ħaż-Żabbar ma nstabux ħatja li wettqu ħsara ta’ aktar minn €3,000 fuq dgħajsa li huma krew minn Tas-Sliema u spiċċaw ħabtu ma’ blata bil-magna tispiċċa l-baħar. Niko Agius u u Nicholas Buhagiar, it-tnejn ta’ 20 sena, Deyan Caruana ta’ 23 sena kienu sabu diffikultà biex ikomplu bil-vjaġġ tagħhom wara dan l-inċident meta kienu fil-breakwater.

Madankollu ġew akkużati f’kawża tad-distrett ta’ Bormla, li fit-8 ta’ Awwissu tal-2019 għall-ħabta tal-5.00pm u qabel ikkommettew ħsara fid-dgħajsa fil-bajja tar-Rinella, l-Kalkara meta l-fatti tal-każ urew li kienu fil-breakwater.

Mill-provi rriżulta li ż-żgħażagħ krew id-dgħajsa minn Tignè Piont tas-Sliema, propjetà ta’ ċertu Charles Bonnici li għandu nehozju tas-‘self-drive boats’, li joperaw biss fil-portijiet Huma krewha mingħand Serb, u kellhom jingħataw struzzjonijiet dwar kif jużawha, xi ħaġa li skont iż-żgħażagħ ma saritx. Sid id-dgħajsa kkontenda li l-istruzzjonijiet li jingġaw huma ta’ 20 minuta, biż-żgħażagħ jgħidu li kull ma ngħad lilhom kien kif jistartjawha.

L-Ispettur Clayton Camilleri qal lill-Maġistrat Charmaine Galea li quddiemha nstema’ l-każ li madwar siegħa wara li ż-żgħażagħ ħadu d-dgħajsa, huma ċemplu li kienu spiċċaw f’toqba, u kienet ġiet mewġa li kważi qalbithom, bil-magna tispiċċa l-baħar.

Għalhekk sid id-dgħajsa bagħat dgħajsa oħra biex tassistihom, jiġifieri barra l-breakwater. Ix-xhud qal li dawn iżda nstabu f’għar taħt il-Forti Rinella. Spjega kif kien qal Bonnici, li l-assistenza saret fuq il-breakwater tal-Belt.

Il-Prosekuzzjoni ressqet diversi provi fejn xehedu persuni li għandhom x’jaqsamu mal-armata u anke mill-uffiċċju meterjoloġiku. L-imputati fix-xhieda tagħhom kollha qalu li ma kienux viċin il-blat u li mal-mewġ Nicholas Buhagiar weġġa wkoll ħafif mal-inċident.

Iż-żgħażagħ innegaw ukol bil-qawwa kollha li huma n-ngħataw xi taħriġ mal-kiri tad-dgħajsa dwar kif kellhom joperawha. Qalu li meta ġew f’diffikultà waqt il-mewġ ipprovaw iqabbdu d-dgħajsa, li iżda spiċċaw ħabtu mal-blat.Huma kkonfermaw li kienu barra l-breakwater.Għaż-żgħażagħ deher l-Avukat David Gatt.