Formula 1 Sport

Williams jiffirmaw ftehim biex iwaqqfu l-użu tal-karbonju sal-2030

(Ritratt: EPA)

It-tim tal-Formula 1 Williams iffirmaw il-United Nations Sports for Climate Actions Framework biex sal-2030 iwaqqfu l-użu tal-karbonju. Dan ifisser li l-Williams se jkunu qed jużaw anqas emmissjonijiet u b’hekk se jkunu qed joħolqu teknoloġija apposta biex jilħqu dan l-għan.

Williams li huma esperti f’dan il-qasam irnexxielhom ukoll jipporduċu fridges li jħammġu anqas l-ambjent. Ic-chief executive tat-tim Jost Captio qal li l-Formula 1 għandhom s-saħħa li jispiraw in-nies u b’hekk qed jittamaw li permezz ta’ dan il-ftehim ikunu qed jispiraw aktar timijiet biex jagħmlu din il-bidla.