Lokali

“Żmien is-sarimi u l-bullying għadda” – PN

“Is-sarima li prova jagħmel il-Ministeru tal-Edukazzjoni lill-edukaturi mhux biss splodiet f’wiċċu meta l-qorti ċaħdet il-mandat ta’ inibizzjoni kontra l-unions aktar kmieni llum iżda ħliet ħafna ħin prezzjuż biex tinstab soluzzjoni għall-ġid tal-istudenti u l-għalliema.”

Kien dan li ntqal fi stqarrija tal-PN maħruġa mill-Kelliem għall-Edukazzjoni u l-Isport, Clyde Puli fejn tkompli tgħid li llum il-Ministeru tal-Edukazzjoni reġa’ mar lura għas-sitwazzjoni li l-iskejjel kienu fiha tliet ġimgħat ilu, jiġiefiri nuqqas t’għalliema f’numru kbir ta klassijiet. Dan kollu minħabba n-nuqqas ta informazzjoni u n-nuqqas ta djalogu mal-għalliema.Il-Partit Nazzjonalista jibqa’ jsostni li l-unika triq ‘l quddiem hija dik ta’ djalogu ġenwin u kostruttiv mal-edukaturi. Żmien is-sarimi u l-bullying għadda.