Il-25 każ ġdid ta’ Coronavirus li tħabbru mill-Ministeru tas-Saħħa l-Ġimgħa waranofsinhar fuq il-paġna tas-‘Saħħa’ fuq Facebook wasslet biex il-każi attivi jitilgħu marġinalment għal 290 każ hekk kif fiequ 24 persuna minn dina l-marda.
Żieda ukoll fil-pazjenti rikoverati fl-Isptar Mater Dei għall-COVID-19 hekk kif tħabbru 11-il pazjent filwaqt li baqa’ pazjent wieħed biss fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa, skont l-awtoritajiet tas-saħħa, ħadd ma tilef ħajtu bil-virus biex b’hekk il-fatalitajiet tal-pandmeija baqgħu 459.
Fl-aħħar 24 siegħa ngħataw madwar 1,774 doża tal-vaċċin, b’1,257 jkunu dożi tal-booster.
//= $special ?>