Lokali Qorti

Appell tal-AĠ biex raġel li qed jiffaċċa proċeduri ta’ estradizzjoni lejn l-Amerika jerġa’ jiġi arrestat miċħuda mill-Qorti

Il-Qorti tal-Appell Kriminali presduta mill-Imħallef Giovanni Grixti ċaħdet talba tal-Avukat Ġenerali li talab ir-rearrest li l-fatt li Frank Salvatore Rafaraci, ta’ 68 sena fejn qalet li-l-Avukat Ġenerali ressaq f’appell dwar proċedura ta’ estradizzjoni li bl-Imħallef Giovanni Grixti jiddikjara talu appell null u bla effett.

Il-Qorti Kriminali kienet qed titratta fil-każ ta’ Rafaraci, li għandu wkoll passaport Taljan għadhom ma ġewx determinati u li għadhom pendenti quddiem il-Qorti tal-Maġistrati.  Huwa qed jiġi mfittex għal frodi kontra l-Gvern ta’ l-Istati Uniti.

Ir-raġel Italo-Amerikan huwa mfittex mill-awtoritajiet Amerikani biex iwieġeb akkużi li froda  lill-Gvern ta’ l-Istati Uniti b’ madwar €50 miljun. Rafaraci huwa mfittex mill-Qorti Distrettwali ta’ l-Istati Uniti għad-Distrett ta’ Columbia għall-prosekuzzjoni dwar ir-reati ta’ konspirazzjoni biex isir tixħim, konspirazzjoni biex isir frodi u ħasil ta’ flus.

Ir-raġel qed jiġi ssuspettat bħala parteċipant fi skema li użat fatturi u rċevuti ffalsifikati għal tagħmir u provvisti pprovduti lin-Navy ta’ l-Istati Uniti. L-awtoritajiet tal-Istati Uniti jemmnu li r-raġel u l-assoċjati magħrufa tiegħu ħaslu fondi illeċiti bl-użu ta’ kumpaniji, u li evadew miljuni ta ’dollari f’taxxi fl-Istati Uniti.

Fid-deżiżjoni tagħha l-Qorti Kriminali qalet li meta l-ewwel Qorti ffissat data għas-smigħ kienet qed tagħmilha ċara ħafna li l-proċeduri għadhom ma ġewx determinati. Spjegat ukoll li f’tali kwistjonijiet, il-Qorti ta’ Inkjesta inizjalment, wara li neħħiet il-formalitajiet kollha u ordnat illi l-atti jiġu trasmessi lir-Reġistratur tal-Qrati, l-każ kellu  jiġi assenjati skond il-liġi, li kellha tistabbilixxi data għas-smigħ quddiem Qorti kompetenti.

Il-Qorti Kriminali qalet li hija m’għandhiex għalfejn tidħol fil-każ, u dan ifisser li l-ewwel Qorti kienet konxja għal kollox li kif preseduta, ma kinitx kompetenti biex tisma u tiddetermina l-merti proċedurali u għalhekk bagħtet r-rekords biex jiġu assenjati kif xieraq.

Għal Rafaraci deheru l-Avukati Giannella Demarco li għamlet is-sottomissjjonijiet fuq il-każ, Stefano Filletti u Mark Refalo. L-Avukat Ġenerali kien rappreżentat mill-Avukat  Meredith Ebejer flimkien mal-Ispetturi Omar Zammit and Robinson Mifsud.

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

F’deċiżjoni mogħtija filgħaxija, is-Sur Imħallef Bugeja ma laqax l-appell u kkonferma d-deċiżjoni tal-qorti tal-Maġistrati.

L-avukati Stefano Filletti, Giannella de Marco, Stephen Tonna Lowell u Mark Refali rrappreżentaw lil Rafaraci. L-Avukat Meredith Ebejer dehret għall-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, flimkien mal-ispetturi tal-pulizija Omar Zammit u Robinson Mifsud.