Sport Sport Ieħor

Cameron Norrie u Grigor Dimitrov fis-semifinali tal-Indian Wells

(Ritratt: EPA)

It-tennis Ingliż Cameron Norrie għeleb lill-Arġentin Diego Schwartzman fi straight sets biex għadda għall-ewwel semifinali tiegħu fl-Indian Wells. Norrie issa jaffaċja lil Grigor Dimitrov fis-semi finali. Min-naħa tiegħu, il-Bulgaru għeleb lill-Pollakk Hubert Hurkacz 3-6 6-4 7-6, biex ikkwalifika l-ewwel semifinali tiegħu fil-Maters 1000 f’sentejn.

Intant aktar tard il-Ġimgħa Stefanos Tsitsipas se jiltaqa’ kontra Nikoloz Basilashvili fil-kwartifinali, bil-Ġermaniż Alexander Zverev jaffronta lil Taylor Fritz fil-kwartifinali l-oħra.