Formula 1 Sport

Il-Grand Prix taċ-Ċina jitneħħa mill-kalendarju tal-Formula 1

Il-Grand Prix taċ-Ċina tneħħa mill-kalendarju tal-Formula 1 għall-istaġun tal-2022. It-tellieqa f’Shangai ma saritx fl-aħħar staġuni minħabba r-restrizzjonijiet tal-Covid 19. Il-Grand Prix ta’ Emilia Romagna f’Imola se tieħu post dik taċ-Ċina fl-24 ta’ April.

Il-Grand Prix tal-Awstralja, l-Kanada, Singapore, u l-Ġappun se jirritronaw fl-2022, wara li ma sarux minħabba l-pandemija. Il-Formula 1 għandha 23 Grand Prix fil-kalendarju tal-2022, fejn se jibda fil-Bahrain fl-20 ta’ Marzu, u jintemm f’Abu Dhabi fl-20 ta’ Novembru. L-istaġun tal-Formula 1 fl-2022, se jintemm tliet ġimgħat qabel in-normal, minħabba t-Tazza tad-Dinja tal-Qatar, li mistennija tibda fil-21 ta’ Novembru tal-2022.