Lokali Saħħa

Il-Gvern tal-Labour iżomm id-deal skandaluż tal-isptarijiet

Minkejja li d-deal li għamel il-Gvern tal-Labour ma’ Vitals Global Healthcare kien ikkundannat mill-Awditur Ġenerali… il-Gvern ta’ Robert Abela għadu qed jistina rasu u jibqa’ għaddej id f’id b’dan il-ftehim, li jfisser serq ta’ miljuni ta’ ewro minn but il-poplu Malti u Għawdxi.

Il-Gimgha filghodu, il-Ministru Chris Fearne spjega li għal budget tas-sena d-diehla Steward Health Care ingħataw mal-€20 miljun żieda fuq din is-sena..sabiex ikun il-Gvern li jagħmel tajjeb għall-ħlas tal-pagi tal-ħaddiema fi ħdan l-Isptar Ġenerali t’Għawdex fost oħrajn.

Fl-aħħar ġimgħat, xhur u snin bosta kienu dawk il-persuni u għaqdiet li talbu sabiex l-isptarijiet jingħataw lura lill-poplu Malti u Għawdxi – partikolarment wara li fil-Qorti, grazzi wkoll għal ħidma tad-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia, ħareġ fid-deher li filwaqt li l-Gvern kien jimpala l-miljuni tal-ewro lil Vitals u issa lil Steward…ftit li xejn sar kambjament.

Fost dawk li għamlu l-appelli fl-aħħar ġimgħat kien hemm il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Voice of the Workers Josef Vella.

Minkejja dan kollu Chris Fearne …minflok iwaqqa’ id-deal….ghadu qed jiddiskuti ma’ ta’ Steward.

Mistoqsi jekk il-Gvern hux komdu bil-ftehim li għandu ma’ Steward, il-Ministru Fearne sostna li diffiċli tiġi kkunsidrata t-terminazzjoni tal-kuntratt minħabba l-konsegwenzi li din iġġib magħha …filwaqt li għamilha ċara li d-deal għadu ma nbidilx.

Intant, Chris Fearne ikkonferma li l-Gvern tal-Labour ħaddan numru ta’ proposti li ġew xprunati mill-Clusters tal-Partit Nazzjonalista hekk kif tenna li l-mediċini kollha tal-IVF se jkunu qed jingħataw b’xejn….fatt li fix-xhur ta’ qabel kienu jinneggawh hekk kif skont il-Labour dawn diġà kienu jingħataw gratis. Xi haga li kienet skorretta, u li dwarha tkellem biss il-PN – bil-Gvern issa spicca jikkopja lill-Oppozizzjoni.

Tħabbar ukoll li se tiġi insallata MRI fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara n-numru ta’ appelli li saru mill-Partit Nazzjonalista ….filwaqt li thabbar ukoll li fis-snin li ġejjin se jkun qiegħed jinbena Sptar għal-kura akuta tas-Saħħa Mentali biswit l-Isptar Mater Dei.