Futbol Sport

Magħrufa l-20 plejer nominati għal ‘Golden Boy Award’

Tħabbret uffiċjalment il-lista tal-aħħar 20 plejer nominati għat-trofew tal-Golden Boy Award. Dan it-trofew jingħata lill-plejer ta’ taħt il-21 sena li jkun impressjona l-aktar fl-istaġun preċedenti, bil-plejers nominati jridu jkunu jilagħbu fost l-aqwa kampjonati fl-Ewropa. Fost ir-rebbieħa fl-aħħar erba’ staġuni nsibu lil Kylian Mbappe (2017), Matthijs de Lligt (2018), Joao Felix (2019) u Erling Haaland (2020). Il-‘Golden Boy Award’ kien stabbilit mill-gazzetta Taljana ‘Tuttosport’ fl-2003.

Il-plejers nominati għas-sena 2021 huma: Karim Adeyemi (RB Salzburg/Germany), Jude Bellingham (Borussia Dortmund/England), Eduardo Camavinga (Real Madrid/France), Charles De Ketelaere (Club Brugge/Belgium), Gavi (Barcelona/Spain), Bryan Gil (Tottenham/Spain), Ryan Gravenberch (Ajax/Netherlands), Mason Greenwood (Manchester United/England), Daniel Maldini (AC Milan/Italy), Jamal Musiala (Bayern Munich/Germany), Nuno Mendes (PSG/Portugal), Pedri (Barcelona/Spain), Roberto Piccoli (Atalanta/Italy), Yeremy Pino (Villarreal/Spain), Giovanni Reyna (Borussia Dortmund/USA), Rodrygo Goes (Real Madrid/Brazil), Bukayo Saka (Arsenal/England), William Saliba (Marseille/France)