Lokali

Numru ta’ direttivi maħruġa mill-Malta Police Union

Ritratt: Malta Police Force

Il-Malta Police Union ħarġet direttivi lill-membri tal-Korp biex ma jaċċettawx talbiet minn Transport Malta u l-LESA biex iċemplu lil sidien ta’ vetturi biex iċaqalquhom minn fejn ikunu pparkjati.

Membri tal-Korp waqt li qed ikunu xogħol fl-Għassa tal-Pulizija, qed jirċievu numru ta’ talbiet għal għajnuna minn Transport Malta u uffiċjali tal-L.E.S.A b’mod konsistenti. Skond il-Malta Police Union din hija okkorrenza ta’ kuljum u qed tħalli impatt negattiv fuq l-uffiċjali tal-Pulizija li diġà isibuha diffiċli biex ilaħħqu max-xogħol..

Il-Malta Police Union mhix kontra li tassisti lil Transport Malta, LESA, Kunsilli Lokali jew kwalunkwe entità oħra imma skond ir-raġuni u l-proporzjonalità, u meta s-sigurtà tagħhom jew ta’ persuni oħra tkun f’riskju. Għalhekk il-MPU tagħti direttiva biex min-nhar ir-Tnejn il-Pulizija ma jaċċettawx iktar dawn it-talbiet, sakemm ma tkunx emerġenza. Ingħad ukoll li dawn m’għandhomx lanqas jgħaddu t-telefon tagħhom lil xi membru ta’ awtorità oħra.