L-attakkant ta’ Man City Raheem Sterling qal li mhux jeskludi l-possibilita li jħalli lil Man City, wara li dan l-istaġun mhux qed ikun regolarment mal-ewwel ħdax ta’ Pep Guardiola. Sterling qal li minn dejjem xtaq li jilgħab barra l-pajjiż u kemm-il darba is-sitwazzjoni ma’ Man City tibqa’ ma tinbidilx, Sterling se jkun qed ifittex opportunita’ ma’ club ieħor.
Sterling kien strumentali fil-mixja tal-Ingilterra fil-Euro 2020 li wasslithom sal-finali kontra l-Italja, bl-attakkant ta’ 26 sena jiskorja l-ewwel tliet gowls tal-Ingilterra f’dan it-turnament. Fl-istaġun 2019-20, Sterling skorja 30 gowl f’51 partita, iżda l-istaġun li għadda rnexxielu jiskorja 14-il gowl, filwaqt li dan l-istaġun beda biss żewġ partiti.
//= $special ?>