Mużika

Tirritorna Adele wara stennija ta’ sitt snin

Sa dalgħodu, kienu miljuni dawk li raw il-kanzunetta fuq YouTube

Il-kantanta popolari Adele ippubblikat l-ewwel video mużikali tagħha wara nuqqas ta’ sitt snin – il-video tal-kanzunetta l-ġdida ‘Easy On Me’.

Din il-ballad ħarġet għall-pubbliku fis-1am (ħin ta’ Malta) u hija waħda mill-kanzunetti tal-album ’30’ li huwa ispirat mill-esperjenzi li għaddiet minnhom Adele fil-perijodu meta kienet qed tiddivorzja.

Fil-fatt, fil-lirika ta’ din il-kanzunetta hi tagħti spjegazzjoni għaliex kellha titlaq lir-raġel tagħha fl-2019.

Malli ħarġet id-diska kienu kważi 300,000 il-persuni li segwew il-premier fuq YouTube.

Il-kantawtriċi Ingliża llum għandha 33 sena.