Lokali Qorti

Arrestat wara li kien sejjer Sqallija b’ €36,000 mhux iddikjarati

Passiġġier Serb fi triqtu lejn Sqallija ġie arrestat wara li nstab li kien qed iġorr €36,040 fi flus kontanti mhux iddikjarati. Il-passiġġier twaqqaf minn uffiċjali tad-Dwana qabel ma rikeb il-katamaran lejn Sqallija.

Il-passiġġier qal lill-uffiċjali li ma kellux flus x’jiddikjara iżda meta ġie skortat għal tfittxija bir-reqqa, instab li kien qed iġorr €7,740. Wara aktar tfittxijiet, instab li r-raġel kellu €28,300 mistura f’basket. €10,000 ngħatawlu lura, filwaqt li l-bqija tal-flus ittieħdulu. Il-Pulizija ssejħet fuq il-post u arrestat lill-passiġġier.

Intant.. f’każ separat, ‘Gypsy’ il-kelb tad-Dwana fl-ajruport irnexxilu jaqbad ċittadin minn Burma sejjer Istanbul b’€10,910. F’dan il-każ separat, l-Uffiċjali tad-Dwana offrew lill-passiġġier ftehim barra l-Qorti u huwa ngħata multa.