Lokali

Bernard Grech isellem il-memorja ta’ Daphne Caruana Galizia

Il-Kap tal-PN Bernard Grech kmieni dalghodu sellem il-memorja tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia hekk kif illum qed jitfakkar ir-raba’ anniversarju mill-assassinju taghha.

Bernard Grech intlaqa’ fil-post minn Matthew Caruana Galizia, fil-preżenza tas-Segretarju Ġenerali tal-PN Michael Piccinino u Emma Portelli Bonnici – il-persuna inkarigata mit-tfassil tar-rapport ‘Qatt Aktar’ li kien ġie kkummissjonat minn Bernard Grech innifsu wara li ħarġet l-Inkjesta Pubblika.

Il-Kap tal-PN, akkumpanjat mill-mara tieghu AnneMarie Grech, poġġa kuruna ta’ fjuri fil-post fejn ġiet assassinata Daphne Caruana Galizia fl-2017 permezz ta’ karozza-bomba.

Ritratt: Matthew Tabone