Futbol Sport

Birkirkara momentarjament fl-ewwel post tal-klassifika

Birkirkara…………………………2

Gudja……………………………….0

Birkirkara: D.Fernandes, E.Pepe, L.Montebello, P.Mbong (G.Farrugia 45′), K.Zammit, F.Falcone (C.Bonanni 39′), R.Scicluna, C.Attard, O.Carniello, L.Aguirre, J.Macedo (K.Bevis 87′)

Gudja U: G.Zammit, L.Belandi (J.Dibola 81′), A.Friggieri, R.Soares, L.Cremona, G.Mensah, H.Vella (G.Tensior 75′),J.Grioli (R.Kisil 61′), I.Dudarev, T.Abdul (I.Yasukaze 75′), M.Dias

Referee: Stefan Pace

Assitenti Referees: Roberto Vella, Vasil Vasilev

Birkirkara telgħu fl-ewwel post tal-klassifika momentarjament hekk kif minkejja li bi player anqas għelbu lil Gudja United 2-0. Birkirkara kellhom bidu mill-aqwa hekk kif biss wara 8 minuti fetħu l-iskor permezz ta’ freekick mill-aqwa ta’ Leandro Aguirre.

It-tim ta’ Andre Paus resaq viċin li jirdoppja fil-25 minuta permezz ta’ Luke Montebllo fejn ra x-xutt tiegħu devjat għall-corner. Birkirkara sfaw jilagħbu bi player anqas fil-35 minuta meta tkeċċa Ryan Scicluna. Birkirkara rduppjaw fis-66 minuta permezz ta’ Cain Attard. Gudja sfaw ukoll jilagħbu bi player anqas meta lejn it-tmiem tkeċċa Igor Deugarev.